Lokali

L-għeluq tal-AirMalta? Mossa deskritta bħala “preġju”

Il-manuvra tal-Gvern biex tingħalaq l-AirMalta, deskritta mill-Prim Ministru bħala “preġju” tiegħu.

Kien dan il-mod li bih Abela iddeskriva l-mossa tal-AirMalta meta l-ġurnalisti kieku qed jistaqsu fuq il-kumpanija l-oħra – Malta Air.

Imbgħad, meta dar biex iwieġeb fuq il-Malta Air, Robert Abela deher iffastidjat għaliex il-ġrunalisti irreferew għal dan il-ftehim iffirmat minn Konrad Mizzi bħala deal.

Fl-aħħar jiem tħabbar illi l-kumpanija RyanAir ħadet f’idejha l-ishma li kellu l-Gvern fil-Malta Air. B’rapporti jindikaw li dan is-share inbiegħ għal €25,000.

Il-Malta Air kienet twaqqfet fl-2019 wara negozjati mmexxija mill-eks Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi, fi żmien il-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Illum kemm Konrad Mizzi kif ukoll Joseph Muscat qed jiffaċċjaw akkużi relatati ma’ deals li allegatament iffrodaw lill-poplu Malti mijiet ta’ miljuni ta’ ewro.

U huwa għalhekk li l-PN se jkompli jisħaq biex kull kuntratt negozjat fi żmienu u bl-involviment tiegħu jkun investigat b’mod sħiħ.