Tressaq il-qorti r-raġel li, nhar it-Tnejn, saq il-karozza għal fuq il-partitarji ta’ Liverpool FC waqt li huma kienu qed jiċċelebraw ir-rebħ tal-ogħla kampjonat tal-futbol Ingliż… Paul Doyle, ta’ 53 sena minn West Derby, qed jiffaċċja diversi akkużi – fosthom attentat biex iferi u jweġġa b’intenzjoni lil diversi nies u s-sewqan perikoluż ta’ vettura.
Doyle, eks membru tar-Royal Marines deher viżibbilment emozzjonat meta daħħluh fl-awla tal-Qorti tal-Maġistrati f’Liverpool. Dan meta l-akkużi huma relatati ma’ sitt vittmi partikulari, inkluż tfajjel ta’ 11-il sena u adolexxenti ta’ 17-il sena li kienu fost talanqas 80 li ttajjru jew weġġgħu meta Doyle, allegatament, saq ‘bir-rabja’ għal fuq in-nies preżenti għall-parata fiċ-ċentru ta’ Liverpool.
Intant, il-każ ta’ Doyle, issa, għadda, b’urġenza quddiem il-Qorti tal-Kuruna f’Liverpool li għandha titratta akkużi oħrajn, aktar serji, miġjuba kontra l-eks-morin.
//= $special ?>