Lokali

Lejn il-Maratona tal-Partit Nazzjonalita nhar il-Ħadd li ġej

Għal darb’oħra, il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jdur fuq il-ġenerożita tal-poplu Malti u Għawdxi biex ikompli jsaħħaħ il-messaġġ tiegħu. Dan qalu il-Kap tal-PN Bernard Grech, li kien akkumpanja mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, f’kummenti lil dan l-istazzjon meta żar il-preparamenti li għaddejin għall-maratona tal-Ħadd li ġej.

Bernard Grech spjega kif hu dejjem ta’ pjaċir għalih u għad-deputati tal-Partit Nazzjonalista li jiltqagħu ma’ dawk kollha li jattendu dawn il-maratoni. Dan apparti li matul il-jum se jkun hemm divertiment għall-familja kollha.

Ritratt: Catriel Farrugia

Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq Net TV u Net FM mit-3pm ‘il quddiem, u se tkun qed tinkludi diversi intervisti; fosthom mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perci Calascione u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello.


Ritratt: Catriel Farrugia

Il-maratona Ġbir ta’ Fondi ta’ din is-sena mistennija tiħu żvolta aktar leġġera, anke bis-sehem tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Dan apparti li se jkun hemm preżenti wkoll Sindki, kunsillieri, u uffiċjali tal-partit li se jkunu qed jieħu t-telefonati tan-nies