Sport Sport Ieħor

Luke Humphries jirbaħ il-Premier League tad-Darts

Luke Humphries rebaħ il-Premier League tad-Darts wara li fis-serata finali fl-O2 arena f’Londra hu għeleb lil Luke Littler 11-8.

Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li Humphries u Littler affaċjaw lil xulxin fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn is-sena li għaddiet kien Luke Littler li ħareġ rebbieħ.

B’dan l-unur Humphries għaqqad t-‘Triple Crown’ hekk kif rebħa il-Kampjonat Dinji tad-Darts, l-World Match Play u l-Premier League. Hu sar ir-raba’ plejer li rnexxielu jagħmel dan hekk kif qablu għamluha wkoll Phil Taylor, Michael van Gerwen u Gary Anderson.

F’kummenti wara d-dwell kumbattut ma’ Littler, Humphries qal li dan l-unur ifisser ħafna għalih għaliex kien l-unika wieħed li għadu ma rebaħx.