Futbol Sport

It-tim Malti tan-nisa promoss għal-League B fil-UEFA Nations League

(Ritratt: MFA)

Malta…………………………1

Ċipru………………………….0

Malta: J. Xuereb, E. Lipman, O. Grange, R. Cuschieri, K. Willis, M. Farrugia, M. Lucia, S. Zammit, E. Xuereb, N. Sciberras, H. Bugeja (L. Ayres 90′)

Ċipru: M. Matthaiou, C. Charalambous, C. Michael, A. Cusick, M. Panagiotou, F. Savva, A. Violari, E. Aristodimou, S. Papadopoulou, M. Georgiou, M. Constantinou

Referee: Sabina Bolic

Assistent Referee: I. Pejic, G. Katusic

It-tim nazzjonali Maltin tan-nisa reġa kiseb il-promozzjoni għal-League B għat-tieni darba meta għelbu lil Ċipru bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl deċiżiv kien skorjat minn Haley Bugeja fit-42 minuta.

Kienet partita fejn in-nisa Maltin urew id-determinazzjoni tagħhom sabiex jiksbu din ir-rebħa mportanti mill-bidu fejn ukoll kienu sfortunati numru ta’ drabi matul il-partita fejn saħansitra laqtu anke l-lasti.

L-attakki Ċiprijotti kienu minimi matul il-partita bid-difiża Maltija tinnewtralizza l-maġġoranza tal-attakki.

Din hija t-tieni darba li t-tim nazzjonali Malti kiseb il-promozzjoni għal-League B hekk kif diġa għamel dan fl-2023.

It-tim Malti jerġa jkun impenjat fl-aħħar logħba tal-grupp nhar it-Tlieta kontra Andorra.