Sport Sport Ieħor

Oscar Piastri jiddomina l-provi tal-Ġimgħa

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ McLaren Oscar Piastri ddomina l-provi tal-Ġimgħa wara nofsinhar fiċ-ċirkwit ta’ Barcelona. Hu kien 0.286 ta’ sekonda aktar veloċi minn George Russell filwaqt li Max Verstappen u Lando Norris temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fil-ħames post sitt postijiet qabel sieħbu fit-tim Lewis Hamilton li temm fil-ħdax-il post. Kimi Antonelli u Fernando Alonso temmew fis-sitt u s-seba’ post. Pierre Gasly u ż-żewġ sewwieq ta’ Racing Bulls Isack Hadjar u Liam Lawson komplew l-ewwel għaxar pożizzjonijiet.

Is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni ta’ għada tibda fl-4.00pm.