Real Madrid ħabbru b’mod uffiċjali l-akkwist tad-difensur laterali Ingliż Trent Alexander-Arnold.
Hu se jkun qed jissieħeb mal-klabb Spanjol minn nhar il-Ħadd li ġej hekk kif Real Madrid ħallsu €10 miljuni sabiex jissieħeb magħhom qabel ma jiskadilu l-kuntratt fl-aħħar ta’ Ġunju sabiex ikun jista’ jilgħab fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs li se tibda fl-14 ta’ Ġunju fl-Istati Uniti.
Alexander-Arnold ħalla lil Liverpool wara li rebaħ il-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn kien ilu mal-klabb sa minn meta kellu sitt snin. Ma’ Liverpool Alexander-Arnold rebaħ darbtejn il-Premier Leauge, l-UEFA Champions League, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, il-UEFA Super Cup, l-FA Cup u l-League Cup.
Hu lagħab 352 darba mar-Reds fejn skorja 23 gowl u pprovda 86 assist.
Intant, fl-aħħar sigħat Liverpool ikkonferma l-akkwist ta’ Jeremie Frimpong mingħand Bayer Leverkusen, il-plejer li se jkun qed jieħu post Trent Alexander-Arnold.
//= $special ?>