Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li kiser l-ordnijiet tal-Qorti

Żagħżugh ta’ 21 sena residenti ż-Żurrieq ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erbgħa snin wara li ammetta li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu f’Ottubru li għadda. Luke Cremona kien akkużat illi hedded lil ommu u reġa’ tressaq mill-ġdid spiċċa għax kiser l-ordnijiet tal-Qorti.

Quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Colin Sheldon ħareġ li nhar l-Erbħa li għaddew għall-ħabta tal-10:00pm. il-pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga li kienu għaddejjin b’sorveljanza nnutaw vettura bla pjanċa li fiha kien hemm Cremona, t-tfajla tiegħu u tnejn minn nies oħra.

Il-Puizija baqgfħu isegwuh sa Tas-Sliema fejn waqfuh. Irriżulta li huwa mhux suppost kien barra f’dak il-ħin minħabba kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti, apparti li rriżulta wkoll li dan ma kienx iffirma l-għassa dak inhar. L-ordni tal-Qorti kienet tgħid li huwa kellu jirtira d-dar sa mhux iktar tard mid-9pm.

Iż-żagħżugħ ammetta l-akkużi miġjubin kontrih. Apparti s-sentenza sospiża il-Qorti ordnat is-sosenzjoni tal-liċenzja tiegħu għall-perjodu ta’ 15-il ġurnata u ordnatlu jħallas konfiska ta’ €400 bħala parti mill-pleġġ li kellu meta tressaq il-Qorti. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon filwaqt li għal Cremona dehret l-Avukat Francesca Zarb.