Lokali

Tħassib dwar il-prezzijiet u ż-żieda tal-ħaddiema barranin

L-aħħar stħarriġ tal-Eurobarometer ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea jikkonferma kif il-Maltin jinsabu imħassba dwar iż-żieda fil-prezzijiet, il-kwistjoni tal-ħaddiema barranin, l-ambjent u r-riskji marbuta mat-tibdil fil-klima.

Mistoqsija dwar kif qed iħarsu lejn il-ġejjieni… 30% tal-Maltin qed jistennew li l-qagħda ekonomika titjib, waqt li 35% jaħsbu li se tibqa l-istess.

Terz tal-Maltin qed ibassru li s-sitwazzjoni f’pajjiżna se taqleb għall-agħar u 6% wieġbu li ma jafux.

Dwar il-qasam tal-impjiegi, 28% tal-Maltin qed jaraw li s-sitwazzjoni se titjieb, 39% qed jgħidu li se tibqa’ l-istess u 27% li se tmur għall-agħar.

L-Ewrobarometru eżamina wkoll il-livelli ta’ fiduċja li l-Maltin għandhom fl-istituzzjonijiet li jiggvernawhom. Iżda fuq kollox…jikkonferma dak li ilu jitkellem fuqu l-Partit Nazzjonalista – speċjalment dwar il-ħtieġa ta’ pjan ekonomiku fit-tul, li ma jibqax ibbażat biss fuq l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin.