Sa tmiem April, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra defiċit taʼ €261.4 miljun. Dan kien konfermat mill-Gvern stess permezz ta’ stqarrija mill-NSO, li tat ħarsa lejn l-andament tal-ekonomija minn Jannar sa April.
Skont l-NSO, meta mqabbel tas-sena li għaddiet, id-dħul rikorrenti niżel bʼ€31.9 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bʼ€252.4 miljun. Iż-żieda fin-nefqa, flimkien maʼ dħul aktar baxx, wasslu għal bidla fin-negattiv taʼ €284.3 miljun fil-finanzi tal-Gvern.
L-akbar tnaqqis fid-dħul ġie mill-Income Tax (€55.7 miljun), filwaqt li l-Programmi u Inizjattivi (€88.5 miljun) irrappurtaw l-akbar żieda fost il-kategoriji tan-nefqa.
L-NSO wera li kien hemm infiq inqas għall-kostruzzjoni u t-titjib tat-toroq (€22.2 miljun), u anke għax-xiri taʼ vetturi elettriċi (€11.3-il miljun).
Sa tmiem April, id-Dejn kollu tal-Gvern Ċentrali kien jgħodd €10,835.1 miljun – li jfisser €908.0 miljuni aktar mill-istess xahar fl-2024.
//= $special ?>