GSSE 2025 Sport

Beppe Grillo jagħmilhom tużżana l-midalji tad-deheb mirbuħa minn Malta

Beppe Grillo (Ritratt ta' Matthew Mirabelli)
Beppe Grillo (Ritratt ta' Matthew Mirabelli)

Aktar deheb għal Malta f’dan l-aħħar jum tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra. F’ġurnata oħra f’Joan Samarra Stadium, fejn qed issir l-Atletika, u b’temperatura sħuna ta’ kważi 40°C, Malta għadha kemm għamlithom tnax, ir-rebħ ta’ midalji tad-deheb f’din l-20 edizzjoni ta’ dawn il-logħob.

Kien Beppe Grillo, l-isprinter Malti, li fil-finali tal-200 metru tal-Irġiel daħal l-ewwel fost kulħadd biex rebaħ il-midalja tad-deheb.

Din hija t-tnax-il midalja tad-deheb għal Malta f’dawn il-logħob, biex b’hekk ir-rekord ta’ Team Malta f’dawn il-logħob, f’edizzjoni li saret barra minn xtutna, kompla jitjieb.

Tgħid se nirbħu aktar midalji tad-deheb sal-lejla? Nittamaw, anzi nawguraw bil-kbir.