Għawdex Lokali

Dewmien fis-servizz tal-vapur bejn Għawdex u Malta

Tard ilbieraħ filgħaxija, numru ta’ Maltin li kienu qed jirritornaw minn Għawdex esperjenzaw dewmien fit-traġitt tagħhom minħabba li l-vaput tal-9:45pm ma ħadimx.

Sorsi mill-Gozo Channel qalulna li l-vapur ma’ kellux ekwipaġġ – u allura ma setax jaħdem.

Il-vapur ta’ wara, imbgħad, telaq fl-10:30pm.

Nies li tkellmu magħna qalulna li kien hemm min kien ilu kważi mid-9pm jistenna fil-Port tal-Imġarr.