Il-President Amerikan se jkun qed jirdoppja t-tariffi fuq l-importazzjoni tal-azzar minn din il-ġimgħa.
Siti internazzjonali qed jirrapportaw illi Donald Trump se jkun qed jirdoppja t-tariffi imposti fuq l-azzar – cioe – minn 25% għal 50%.
Huwa ħabbar dan meta kien qed jindirizza numru ta’ ħaddiema tal-azzar f’Pennsylvania, fejn spjega li, it-tariffi li se jkunu qed jaffetwaw ukoll l-aluminium se jidħlu fis-seħħ minn nhar il-Erbgħa.
Dan filwaqt li anke tenna li ċ-Ċina, kissret il-ftehim li kien hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.
Ftit tal-jiem ilu, l-Qorti Federali fl-Istati Uniti ipprojbixxiet lil Trump milli jimponi t-tariffi imposti wara li ddikjarat li qed jaħdem ‘lil hinn mill-awtorità tiegħu. Din is-sentenza, se tkun appellata mill-amministrazzjoni ta’ Donald Trump u għaldaqstant jista’ jkun li l-każ imur quddiem il-Qorti Suprema.
//= $special ?>