Lokali

Ħadd ma jweġġa’ wara nar f’appartament fil-Gżira

Il-Ġimgħa għall-ħabta tad-9pm, il-Protezzjoni Ċivili rrispondew għal nar li nqabad fis-7 sular ta’ appartament fil-Gżira.

Permezz ta’ erba’ vannijiet tan-nar u sellum rotanti, il-pumpieri rnexxielhom jitfu n-nar b’suċċess, filwaqt li ma ġew irrappurtati l-ebda ġrieħi.

Bħala prekawzjoni ta’ sigurtà, ir-residenti tal-bini ġew evakwati matul l-operazzjoni.