GSSE 2025 Lokali

Illum l-aħħar ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Illejla jinżel is-siperju fuq il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’Andorra.

Net News se jkompli jżommkom aġġornati dwar il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin f’dawn il-Logħob.

Apparti minn hekk, fil-bulettin tal-lejla fis-7:30pm se nkunu qed nagħtukom round-up ta’ dak kollu li seħħ f’dawn l-aħħar ħamest ijiem, u l-impenn tal-kontinġent Malti fl-aħħar ġurnata tiegħu f’Andorra.