Lokali Mużika

“L-Aqwa Suċċessi” ta’ Freddie Portelli

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Il-Ġimgħa filgħaxija, D’Amato Records ħabbru t-tnedija tal-album il-ġdid tal-kantant tant popolari Freddie Portelli – intitolat “L-Aqwa Suċċessi”.

Dan l-album huwa ġabra tal-aktar kanzunetti magħrufin ta’ dan il-kantant veteran, u huwa l-ewwel album minn D’Amato Records f’madwar 40 sena.

Ma’ Freddie Portelli tkellimna dwar x’għandna nistennew minn din il-long play, u kif wara daqstant żmien, il-kanzunetti Maltin baqgħu tant popolari maż-żgħażagħ.

Net News tkellem ukoll ma’ Steve D’Amato, illi spjegalna li dan kien żmien perfett biex jerġgħu jibdew joħorġu l-albums.

L-LP “L-Aqwa Suċċess” tinkludi fiha hits ta’ Freddie Portelli bħal ‘Mur u Ħallini’ u ‘Viva Malta’.

Il-kantant Malti li għandu 81 sena jibqa’ wieħed mill-aktar artisti ikoniċi f’pajjiżna, u din il-compilation żgur li se tissiġilla s-suċċessi li tana Freddie Portelli tul is-snin.