L-aħħar ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra fetħħet fuq nota pożittiva ferm għal Malta, bir-rebħ ta’ aktar midalji fotshom il-11-il midalja tad-deheb f’din l-edizzjoni. Fl-Għawm Artistiku, waħda mid-dixxiplini relattivament ġodda għal Malta kompliet tagħmlimna aktar kburin b’pajjiżna, hekk kif Ana Culic u Thea Grima Buttigieg ġew promossi għar-rebħ tal-midalja tad-deheb wara li l-bieraħ dawn iż-żewġ għawwiema Maltin rebħu l-fidda fl-evemt tal-Women Duet Technical.
Fit-tmiem ta’ din il-kompetizzjoni, il-Kumitat Olimpiku Malti, ressaq protest quddiem l-board organiżżativ, wara li fl-għoti tal-punti, Culic u Grima Buttigieg dehru li kienu huma l-ġabu l-aktar ammont ta’ punti, madankollu f’daqa waħda għal xi raġuni dawn il-punti dehru li tnaqqsu b’konsegwenza li l-posizzjoni ta’ Malta nbidlet ukoll.
Il-protest imressaq mill-KOM kien altru milli wieħed ġustifikat, tant li l-board organizzativ aċċetta l-bażi tal-protest ta’ Malta u l-koppja Maltija ġew promossi għall-ewwel post u minn fidda issa ħadna deheb fil-finali tal-Women Duet Technical.
B’hekk l-ammont ta’ midalji tad-deheb mirbuħa minn Malta issa żdied għal 11.
//= $special ?>