Futbol Sport

PSG jirbħu l-UEFA Champions League għall-ewwel darba fl-istorja

Ritratt: EPA

Fi Munich, PSG rebħu l-UEFA Champions League għall-ewwel darba fl-istorja meta għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 5-0. B’wirja dominanti mill-bidu sal-aħħar PSG naqqxu isimihom fl-istorja taħt it-tmexxija ta’ Luis Enrique, li rebaħ dan l-unur għat-tieni darba bħala kowċ.

Fit-12-il minuta PSG fetħu l-iskor meta Desire Doue żmarka ruħu fil-kaxxa  b’pass preċiż sab lil Achraf Hakimi li mill-viċin xeħet wara Sommer għal 1-0. Fl-20 minuta wasal it-tieni gowl għal PSG meta minn kontrattakk veloċi Ousmane Dembele għadda lejn Desire Doue, bil-konklużjoni tiegħu tkun devjata ġewwa minn Di Marco.

Fit-tieni taqsima PSG komplew fejn ħallew b’Doue jagħmilhom 3-0 fit-63 minuta. Khvicha Kvaratskhelia għamlihom 4-0 għaxar minuti wara qabel kien is-sotitut Senny Mayulu li għamilhom 5-0.

FINALI

PSG v Inter 5-0