Sport

Rebħa għal Inter jew l-ewwel suċċess għal PSG?

Il-finali tac-Champions League taf toffri l-ewwel suċċess għal PSG f’din il-kompetizzjoni. Dan hekk kif Inter, minn naħa tagħhom, se jagħmlu minn kollox biex jirbħu l-ewwel trofew f’dan l-istaġun.

Net News staqsa lin-nies min jaħsbu li huwa l-favorit għal din il-finali, li se tintlagħab illejla fi Munich.

Eluf ta’ partitarji ilhom minn kmieni filgħodu miġbura fi Munich għal din il-finali.

Dan filwaqt li oħrajn qedgħin fic-centru ta’ Pariġi u f’Milan, bit-tama li waħda minn dawn l-ibliet – illejla – tinbidel f’mekka ta’ ċelebrazzjonijiet wara l-finali taċ-Champions League.

Intant, ħafna qed ibassru li din se tkun finali bilanċjata immens. Biż-żewġ timijiet iridu jissiġillaw l-istaġun bir-rebħ ta’ din it-tazza tant prestiġġjuża.