Lokali

Tissejjaħ ambulanza wara li cab inqalbet f’Birkirkara

Is-Sibt għall-ħabta tad-9am, ambulanza u Pulizija issejħu f’Naxxar Road f’Birkirkara wara li cab inqalbet f’nofs ta’ triq.

Il-Pulizija ġew infurmati li karozza Suzuki S Cross tilfet il-kontroll u spiċċat fuq il-ġenb.

Għadd ta’ persuni li kienu għaddejin mill-post waqfu biex jagħtu l-ewwel assistenza.

Ambulanza marret fil-post biex tagħti l-għajnuna, iżda rriżulta li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.

It-triq ingħalqet sakemm il-Protezzjoni Ċivili ħadmu biex ineħħu l-karozza.