Ħamrun Spartans ħabbru li l-kowċ Taljan Giacomo Modica se jkun qed jieħu post Winston Muscat fit-tmexxija tat-tim.
Modica jġib miegħu esperjenza vasta hekk kif fl-aħħar snin ħadem fil-qrib mal-kowċ leġġendarju Zdenek Zeman. Fi stqarrija uffiċjali, l-klabb ta’ Ħamrun qal li Modica se jġib miegħu livell għoli ta’ taħriġ b’enfasi fuq l-aspett fiżiku, dixxiplini u intensità waqt it-taħriġ, l-importanza li l-logħob kollettiv huwa aktar effettiv mill-abbilitajiet individwali, stil ta’ logħob offensiv kif ukoll se jkun qed ifittex li itejjeb il-lvell tekniku u tattiku tat-tim.
Giacomo Modica li għandu 61 sena beda l-karriera tiegħu bħala kowċ fl-istaġun 2004-2005 ma’ Cosenza fejn fl-aħħar 20 sena kellu esperjenza ma’ bosta timijiet Taljani bl-aħħar esperjezna tiegħu tkun ma’ Messina.
//= $special ?>