Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ ffokat fuq in-nies, bi proposti sabiex intejbu l-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervent qasir li għamel il-Ħadd filgħodu fiż-Żejtun.
Dan hekk kif tul il-jum tal-Ħadd mit-tlieta ta waranofsinhar ‘il quddiem se tkun qed tiġi organizzata Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista, sabiex il-messaġġ ta’ Gvern Alternattiv ikompli jissaħħaħ.
Bernard Grech insista li preżentament il-Partit Laburista qiegħed jagħmel minn kollox sabiex jittanta jxekkel il-moral tal-Partit Nazzjonalista għaliex il-Labour innifsu jinsab mhedi jikkumbatti it-taqbid intern li għandu f’Kastilja u fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Minflok, Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista jinsab magħqud u joħroġ bi proposta waħda wara l-oħra bħat-tneħħija ta’ taxxa mill-ewwel €10,000 mill-part-time u l-over time.
Dan filwaqt li spjega l-mozzjoni li se jkunu qed iressqu l-Kunsillieri dwar studju fuq il-Carrying Capacity.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello flimkien ma’ uffiċjali tal-Partit. Bernard Grech irringrazzja wkoll lin-nies ta’ Ħal Tarxien, iż-Żejtun, is-Siġġiewi, Ħat Attard u tal-Għargħur talli laqawh u taw ukoll id-donazzjoni tagħhom – dan apparti li rringrazzja wkoll lil dawk kollha li qed jgħatu s-sostenn tagħhom lill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>