Sport Sport Ieħor

Malta tikseb l-aqwa riżultat fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar barra mill-pajjiż

F’Andorra, Team Malta rnexxielu jikseb l-aqwa riżultat fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru barra minn Malta. B’kollox intrebħu 55 midalja, 13 tad-deheb, 24 tal-fidda u 18 tal-bronż. B’dan ir-riżultat Malta temmet fil-ħames post tal-klassifika tal-midalji.

Li spikka kien il-fatt li l-midalja li nkisbu, ġew mirbuħa f’għadd ta’ dixxiplini fejn dan wera l-progress li qed isir fid-dixxiplini sportivi kollha. Dan ir-riżultat kien ukoll it-tieni l-aqwa riżultat f’kemm-il darba Malta kkompetiet f’dawn il-Logħob fejn l-aqwa edizzjoni għal Malta kienet dik li saret f’Malta stess fl-2023.

Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li jmiss isiru fl-2027 fl-istat ta’ Monaco.