Manchester United ħabbru l-akkwist tal-ewwel plejer tagħhom f’dan is-suq tat-trasferimenti, bl-akkwist tal-attkkant Brażiljan Matheus Cunha. Cunha se jissieħeb mar-Red Devils wara li attivaw il-klawsola ta’ £62.5 miljun mingħand Wolves.
Hu mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin. Jidher li Cunha kien f’Manchester matul tmiem din il-ġimgħa fejn wara li sarulu t-testijiet mediċi kien ikkonfermat bħala akkwist ġdid. Hu issa se jissieħeb mat-tim nazzjonali tal-Brażil għall-partita mportanti ta’ nhar il-Ħamis kontra l-Ekwador.
Cunha skorja 31 gowl f’76 partita ma’ Wolves minn meta ssieħeb magħhom fl-2023 mingħand Atletico Madrid.
//= $special ?>