Oscar Piastri rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja fiċ-ċirkwit ta’ Barcelona fejn fi dwell kumbattut ma’ sieħbu fit-tim Lando Norris irnexxielu joħroġ rebbieħ. Dan wara li fl-aħħar ftit dawriet kellha tinħareġ is-safety car. Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fit-tielet post.
George Russel ta’ Mercedes u Nico Hulkenberg ta’ Sauber temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament bis-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari Lewis Hamilton itemm biss fis-sitt post.
Isack Hadjar u Pierre Gasly temmew fis-seba’ u t-tmien post. Fid-disa’ pożizzjoni temm Fernando Alonso filwaqt li Max Verstappen kien penalizzat 10 sekondi u temm fl-għaxar post wara inċident ma’ Lando Norris. Verstappen ingħata wkoll punti fuq il-liċenzja tiegħu liema issa dawn jammontaw għal 11-il punt u jinsabu punt biss bogħod milli jkun sospiż għall-tellieqa.
Ir-rebħa ta’ Piastri hija l-ħames waħda dan l-istaġun u tpoġġih għaxar punti vantaġġ fuq Lando Norris fil-klassifika tas-sewwieqa.
//= $special ?>