Sport Sport Ieħor

Simon Yates jirbaħ l-ewwel Giro d’Italia fil-karriera tiegħu

(Ritratt: EPA)

Il-Britanniku Simon Yates rebaħ l-ewwel Giro d’Italia tal-karriera tiegħu meta fl-aħħar stadju daħal fl-ewwel post.

Iċ-ċiklist ta’ 32 sena kiseb il-flokk ir-roża għall-ewwel darba wara l-istadju tas-Sibt. Yates iċċelebra dan l-unur meta flimkien ma’ sħabu tat-tim Visma-Lease a Bike saqu lejn il-Vatikan fejn iltaqgħu mal-Papa Ljun XIV.

Hu rebaħ dan it-titlu b’vantaġġ ta’ tliet minuti 56 sekonda fuq il-Messikan Isaac del Toro u ċ-ċiklista mill-Ekwador Richard Carapaz.