L-Awtorità tal-Ippjanar kellha 84 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità tal-Gżira, fil-5 ta’ Mejju 2025,
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
Dwar l-applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità tal-Gżira tkellem fil-Parlament il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
//= $special ?>