L-Awtorità tal-Ippjanar kellha quddiema 100 applikazzjoni għal żvilupp pendenti fil-lokalità ta’ San Ġwann, fil-5 ta’ Mejju 2025.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Clint Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
//= $special ?>