Internazzjonali

Il-każ Madeleine McCann: Tfittxijiet ġodda mill-Pulizija fil-Portugall

Il-Pulizija Ġermaniża qed tinvestiga mill-ġdid l-għajbien tat-tifla Britannika, Madeleine McCann, fost it-tfittxijiet ġodda li għaddejjin fil-Portugall.

Il-Pulizija Metropolitana (f’Londra) qalet li hi ‘konxja’ dwar it-tfittxijiet min-naħa tal-Pulizija federali Ġermaniża fl-inħawi ta’ Praia da Luz – ir-resort fil-Portugall fejn iċ-ċkejkna Madeleine kienet sparixxiet fl-2007 waqt li kienet għall-btala ma’ familtha.

Il-Pulizija Britannika qalet li għalkemm mhix preżenti għall-investigazzjoni, hi se tappoġġja lill-kollegi internazzjonali fejn ikun neċessarju.

It-tfittxija ġdida mistennija ddum għal diversi ġranet.