Internazzjonali

Il-Polonja: Karol Nawrocki jirbaħ il-Presidenza wara taqtigħa missielta

epa12149852 Polish presidential candidate Karol Nawrocki reacts during the presidential election night in Warsaw, Poland, 01 June 2025. According to an exit poll conducted by Ipsos for TVN24, TVP and Polsat News, Rafal Trzaskowski won 50.3 percent, while Karol Nawrocki won 49.7 percent. EPA-EFE/Marcin Obara POLAND OUT

Karol Nawrocki, politiku konservattiv, rebaħ ir-rawnd deċiżiv tal-elezzjoni għall-Presidenza tal-Polonja bi kważi 51 fil-mija tal-vot popolari.. Dan wara taqtigħa missielta mar-rivali ewlieni, Rafał Trzaskowski; is-Sindku ta’ Varsavja li kiseb 49.11 fil-mija tal-appoġġ.

Nawrocki se jilħaq minflok konservattiv ieħor – Andrzej Duda, li t-tieni u l-aħħar terminu tiegħu bħala President jiskadi f’Awwisu.

L-elezzjoni, sadanittant, irriflettiet id-diviżjonijiet profondi fil-Polonja li hi pajjiż influwenti tal-Unjoni Ewropea u n-NATO. U minkejja li d-deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali qed jittieħdu mill-Prim Minsitru Pollakk, Donald Tusk, il-President tal-Polonja għandu wkoll id-dritt biex jinfluwenza l-politika barranija ta’ Varsavja.

Hu wkoll sinifikanti l-fatt li l-President Pollakk għandu d-dritt biex jeżerċita l-veto għal-leġiżlazzjoni li tgħaddi l-Assemblea.

Dan meta Tusk, li ilu fil-poter mill-2023, ma rnexxilux jikseb biżżejjed appoġġ biex jattwa xi wegħdiet elettorali u issa hu mistenni li jiffaċċja aktar ostakli ladarba Nawrocki kien ikkonfermat bħala President ġdid. Karol Nawrocki hu membru tal-Partit għal-Liġi u l-Ġustizzja li kien mexxa lill-Polonja mill-2015 sal-2023.