Fuq Facebook, in-nutar Robert Aquilina qal illi ċemplulu mis-CID biex għada jmur id-Depot ħalli jinterrogawh dwar dak li żvela sentejn ilu fil-ktieb Pilatus. U min kienu s-sorsi tiegħu.
“Infakkar li f’dan il-ktieb ippubblikajt provi dwar qerq, ħasil ta’ flus ġejjin minn attivitajiet kriminali, u cover-up li sar b’konfoffa bejn il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Il-Pulizija qaluli li l-interrogazzjoni ta’ għada se ssir abbażi ta’ ordni li tat il-Maġistrat Nadine Sant Lia.”
Aquilina qal illi qed jagħmilha ċara li filwaqt li se jobdi l-ordni tal-Pulizija u għada se jmur għall-interrogazzjoni, fl-ebda mument u taħt l-ebda ċirkostanzi mhu se jkun qed jikxef min huma s-sorsi.
“Is-sorsi tiegħi huma eroj li mingħajrhom ma stajniex inkunu nafu l-ħmieġ li riedu jaħbulna. Nassigura lil kulħadd li ma jien se nħalli lil ħadd jippersegwitahom, akkost li nbati l-konsegwenzi kollha waħdi.”
//= $special ?>