Internazzjonali

Ir-Renju Unit jippreżenta investiment qawwi fid-difiża

Ir-Renju Unit qed jintrabat li kull 18-il xahar ikun qed jibni submarine militari ġdid.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru Keir Starmer, hekk kif il-Gvern tiegħu preżenta l-istrateġija l-ġdida għad-difiża; strateġija li se tkun iffukata biex l-armata Ingliża tkun preparata u tkun fuq kollox 10 darbiet aktar letali.

Meta ppreżenta din l-istrateġija fl-Iskozja, Keir Starmer qal li l-aħjar mezz kif tevita kunflitt huwa billi tkun preparat għal kull eventwalità. Dan filwaqt li rrefera għar-Russja bħala “t-theddida reali”.