Matul illejl tal-Ħadd, issoktat ir-ritaljazzjoni minn naħa tal-qawwiet Ukreni. Bl-armata ta’ Kiev tibgħat mal-117-il drone lejn it-territorju Russu – bil-bażijiet militari jkunu fil-mira.
Qed jingħad li dawn id-drones qerdu 13-il ajruplan tal-gwerra; u din kienet disfatta kbira għall-armata ta’ Vladimit Putin.
Dan seħħ sigħat biss wara li Moska wettqet l-akbar attakk bl-ajru fuq l-Ukrajna.
Intant, matul il-jum tat-Tnejn kien hemm stennija kbira għal-laqgħa li qed issir f’Istanbul bejn iż-żewġ partijiet. Għalkemm sa issa, ma kienx hemm imqar xaqq ta’ tama li kapaċi jintlaħaq ftehim għal waqfien mill-ġlied.
//= $special ?>