Karol Nawrocki ġie elett bħala l-President il-ġdid fil-Polonja. Dan wara li kiseb aktar minn 50 fil-mija tal-voti.
Nawrocki għeleb l-isfida tas-Sindku ta’ Varsavja, u ġej mill-partit tal-Oppożizzjoni PiS.
Fil-fatt, din ir-rebħa għall-President żgur mhix aħbar tajba għall-Prim Ministru Donald Tusk. Dan għaliex hemm possibbiltà kbira li l-President jibda jhedded bill-veto, kull darba li Tusk ikun qed jimbotta l-politika pro-Ewropea li jemmen fiha bi sħiħ.
Apparti minn hekk, din ir-rebħa tagħti spinta kbira lill-Oppożizzjoni, bit-tama li tegħleb il-koalizzjoni ta’ Tusk fl-elezzjoni ġenerali ta’ sentejn oħra.
//= $special ?>