Internazzjonali

Nies jaħarbu mill-Etna wara attività vulkanika qawwija

Ritratti u filmati miz-zona tal-vulkan Etna, fi Sqallija, urew kif matul il-jum żviluppat daħna kbira li telgħet fl-atmosfera għal kilometri sħaħ.

Jirriżulta li dan kollu kien kawża tal-fatt li krollat parti minn dan il-vulkan. U dan wassal biex mijiet ta’ turisti li kienu fiz-zona kellhom jaħarbu lejn postijiet aktar sikuri.

L-Etna huwa l-akbar vulkan fl-Ewropa, u l-aktar wieħed attiv.

Mhux magħruf jekk kienx hemm Maltin fiz-zona.