Raġel ta’ 33 sena wieġeb mhux ħati t-Tnejn li weġġa’ ħafif lil ommu wara li allegatament taha daqqa ta’ ras meta rrifjutat li tagħtih €160 biex jixtri d-droga. Ir-raġel, li ma jistax jissemma b’ordni tal-Qorti, ġie akkużat li sar reċidiv, li wassal lil ommu biex tibża’ li se tintuża vjolenza kontriha, li kiser żewġ settijiet ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li wettaq reat matul il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.
Il-ħelsien mill-arrest ma ntalabx. Il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil laqgħet it-talba tal-avukat difensur Nicholas Mifsud biex tirrakkomanda li l-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi tagħti lill-akkużat attenzjoni medika biex tindirizza kemm il-problemi ta’ saħħa tiegħu kif ukoll il-vizzju tad-droga tiegħu.
Ir-raġel inżamm arrestat. L-Ispettur Antonello Magri mexxa l-prosekuzzjoni. L-avukati Mario Mifsud u Nicholas Mifsud assistew lill-akkużat.
L-avukat Graziella Tanti dehret għall-vittma.
//= $special ?>