Internazzjonali

Sqallija: Jaħarbu għal ħajjithom fost l-iżbroff tal-Etna… bl-attività tal-vulkan qed tonqos

SICILY (ITALY), Dec. 24, 2018 (Xinhua) -- Photo taken on Dec. 24, 2018 shows the Mount Etna volcano during the eruption in Catania, Sicily, Italy. Sicily's Mount Etna volcano erupted on Monday, the National Institute of Geophysics and Vulcanology (INGV) said in a statement. Eruptions are fairly frequent occurrences at Mount Etna, with the last large eruption taking place in 2009, according to the INGV. (Xinhua/Davide Anastasi/IANS)

L-iżbruffar, sigħat ilu, tad-dħaħen mill-Muntanja Etna fi Sqallija qajjem paniku fost in-nies u t-turisti fil-viċinanzi li spiċċaw jiġru għal ħajjithom. Dan waqt li dħaħen kbar griżi kienu qed ibewġu mill-bokka tal-aktar vulkan attiv fl-Ewropa.

L-iżbroff kien l-aktar wieħed drammatiku għal snin u kellu jseħħ wara jiem konsekuttivi ta’ tregħid tal-art fl-inħawi.

Fl-aħħar sigħat ukoll, l-entità bl-isem Volcanic Ash Advisory Center Toulouse (VAAC) ħarġet l-ogħla livell ta’ twissija – ‘code red’ – għall-avvjazzjoni, iżda t-titjiriet komplew għaddejjin xorta mir-rotta viċin tal-Etna.

Il-vulkanoloġisti qalu li d-dħaħen mill-Etna kienu magħmulin l-aktar mill-ilma u l-gass sulphur dioxide – bid-dħaħen, imbagħad, javvanzaw b’rata rapida lejn il-lbiċ ta’ Sqallija.

Intant, il-kaġun għall-iżbroff setgħu kienu ċirkustanzi li, minħabba fihom, ikkrollat parti mill-vulkan madwar il-bokka tal-Etna – u bl-attività allarmanti tal-vulkan qed tonqos aktar ma jgħaddi ż-żmien.

Madankollu, is-sema fuq Katanja qed tixbaħ mantell griż minħabba s-sħab tal-ġmied li akkumulaw fuq din il-belt.

U fl-aħħar sigħat, il-vulkanoloġisti mal-Istituto Nazionale di Geofisica e Vulcanologia rreferew għall-‘funtani tal-lava’ fost stqarrija li t-theżżiż vulkaniku tal-Etna kien laħaq l-ogħla livell għal ħafna snin.