Internazzjonali

Tmien persuni feruti gravi wara li raġel qabbadhom bin-nar f’Colorado

Tmien persuna weġġgħu serjament wara li raġel qabbad numru ta’ persuni li kienu qed jipprotestaw għar-rilaxx ta’ ostaġġi Iżraeljani bin-nar, f’Colorado.

L-attakk seħħ propju fil-ħin tas-siegħa ta’ waranofsinhar tal-Ħadd, meta numru ta’ dimostranti kienu qed jipprotestaw fil-protesta Run for Their Lives – protesta li ssir kull ġimgħa u li skont l-FBI dejjem tkun waħda paċifika.

Jidher illi, Mohamed Sabry Soliman, raġel Eġizzjan ta’ 45 sena, qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ dan l-attakk. Bil-midja internazzjonlai tirrapporta li waqt l-attakk, ir-raġel għajjat il-kliem “free Palestine”.

Skont informazzjoni miġbura, il-vittmi huma erba’ rġiel u erba’ nisa fl-etajiet ta’ bejn 52 u 88. Bir-raġel ta’ 88 sena jkun wieħed li salva ż-żmien tal-Olokawst.