Futbol Sport

Bruno Fernandes se jibqa’ ma’ Manchester United

Bruno Fernandes irrifjuta offerta mill-club tal-Arabja Sawdija, Al-Hilal, biex jibqa’ ma’ Manchester United fil-Premier League Ingliż.

Fl-aħħar jiem Fernandes kien qed jikkunsidra serjament offerta mingħand Al-Hilal li kienet se tirdoppja s-salarju li għandu ma’ Manchester United, fejn hu wieħed mill-aktar plejers imħallas mar-Red Devils.

Minkejja dan, wara li ddiskuta l-kwistjoni mal-familjari, Fernandes informa lil Al Hilal li mhux se jkun qed jingħaqad magħhom.

Fernandes mistenni jkun mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tiegħu qabel il-partita tal-Portugal kontra l-Ġermanja, fis-semifinali tal-UEFA Nations League. Manchester United laqgħu din l-aħbar pożittiva għall-club wara li l-ġimgħa li għaddiet, Ruben Amorim stqarr li jemmen li Fernandes se jibqa’ mat-tim ta’ Old Trafford.

Minkejja li ma kien hemm l-ebda diskussjonijiet diretti bejn iż-żewġ partijiet (Al Hilal u Manchester United), rapporti fil-midja Ingliża indikaw li Al Hilal kienu qed joffru offerta ta’ madwar 80 miljun u 100 miljun lira sterlina biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ 20 sena qabel it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.

Fernandes lagħab 290 darba u skorja 98 gowl ma’ Manchseter United, wara t-trasferiment tiegħu mingħand Sporting, f’Jannar tal-2020.