Lokali Parlament

Ġenoċidju barbaru minn Iżrael fuq il-Palestinjani f’Gaża

Mark Anthny Sammut PN

Id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut iddeskriva l-attakki ta’ Iżrael fuq il-Palestinjani f’Gaża bħala ġenoċidju barbaru fuq nies innoċenti.

Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li f’Gaża, 27 Palestinjan inqatlu waqt li kienu qed jiġbru x’jieklu minn ċentru tat-tqassim tal-ikel. Hu qal li sena ilu wkoll, 118-il Palestinjan inqatlu waqt li kienu qed jipprovaw jieħdu x’jieklu. Dawn huma nies li tħallew bil-ġuħ bl-imblokk tal-għajnuna umanitarja f’Gaża u tħallew bla aċċess għal sptar u ikel. S’issa f’Gaża mietu 54,000 Palestinjan, 16,000 minnhom tfal u ndarbu 100,000 Palestinjan. Din hi r-realtà li qed jgħaddi minnha l-poplu Palestinjan.

Hu qal li Iżrael għandu d-dritt jiddefendi lilu nnifsu u kkundnana l-attakk terroristiku tas-7 ta’ Ottubru, iżda dak li Iżrael qed iwettaq fuq il-Palestinjani mhijiex difiża għaliex id-difiżaa tas-sigurtà ma ssirx billi jinqaltu nies li qed ifittxu l-ikel. Hu kkundanna kull attakk li qed isir u kkundanna lil Iżrael għaliex qed jaġixxi b’mod inuman u barbaru.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu kien żar Auschwitz, li hi espejrenza tal-biża’, iżda żar ukoll Irżael u ra l-ħitan madwar Betlem u bliet Palestinjani. Sibtha diffiċli nsib differenza bejn dawn il-ħitan u l-ħitan li dawru l-ghettos 85 sena ilu.

L-iktar traġedja hi li l-vittmi tal-passat saru l-oppressuri tal-lum. X’tistenna minn bniedem li qatlulu l-familja kollha u ma jibqagħlu xejn għalxiex jgħix? Il-krudeltà u l-atti atroċi li qed jinbeda mill-ġenoċidju li qed isir illum minn Iżrael qed ikattru t-terroriżmu ta’ għada, sostna Mark Anthony Sammut, li kompla li Malta kienet minn tal-bidu li rrikonoxxiet l-aspirazzjonijiet għall-Istat Palestinjan.

Hu appella lill-gvern biex ikompli jibni fuq dan u biex Malta tibqa’ tiddefendi l-kawża Palestinjana. Malta għandha tkun minn tal-ewwel li tirrikonoxxi l-Istat Palenstjan u tikkundanna l-atti barabi li qed isiru fuq il-Palenstinjani daqs atti barbari oħra, sostna Mark Anthony Sammut.