Raġel ta’ 62 sena residenti r-Rabat ġarrab ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu, kien involut f’inċident tat-traffiku, fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vann Peugeot Partner u ħabat f’arblu, bil-konsegwenza li l-parti ta’ quddiem tal-vettura ħadet in-nar.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza filwaqt li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u kkontrollaw in-nar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>