Futbol Sport

Keyon Ewurum magħżul fl-iskwadra finali ta’ De Leo u Dunstan Vella jerġa’ jitħalla barra

Emilio De Leo jinkludi lil Keyon Ewurum u jerġa' jeskludi lil Dunstan Vella
Emilio De Leo jinkludi lil Keyon Ewurum u jerġa' jeskludi lil Dunstan Vella

Il-kowċ nazzjonali Malti, Emilio De Leo, sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 28 plejer, li tinkludi fosthom żewġ plejers Maltin, li għall-ewwel logħba minn tnejn, dik ta’ nhar is-Sibt kontra l-Litwanja, se jkunu sospiżi, iżda se jkunu disponibbli għall-partita ta’ wara, dik ta’ nhar it-Tlieta, 10 ta’ Ġunju, kontra l-Olanda barra minn xtutna.

Dawn huma d-difensuri ċentrali Kurt Shaw u Gabriel Mentz.

L-iskwadra finali tinkludi għall-ewwel darba lill-attakkant ta’ Valletta, iż-żagħżugħ Keyon Ewurum, li ma kienx parti mill-iskwadra proviżjorja li oriġinarjament kien sejjaħ De Leo, bħala parti mill-preparazzjoni għall-partiti kontra l-Litwanja u l-Olanda rispettivament.

Fl-iskwadra magħżula din id-darba m’hemmx l-isem tal-winger offensiv ta’ FC Sion, Ilyas Chouaref, li se jkun qed jiskonta sospensjoni ta’ żewġ partiti wara li tkeċċa fl-aħħar logħba kontra l-Polonja.

Għal darb’oħra De Leo reġa’ għażel li jħalli barra mill-iskwadra finali lil wieħed mill-plejers li kien kandidati għall-unur mill-MFA għall-plejer tas-sena fit-tmiem tal-istaġun 2024/25, Dunstan Vella, captain ta’ Floriana.

Fost il-plejers magħżula għal dawn iż-żewġ impenji li jmissha Malta, hemm ir-ritorn ta’ Jodi Jones, il-winger offensiv, li jilgħab f’League Two tal-Ingilterra ma’ Notts County.

L-iskwadra finali magħżula minn De Leo għall-partiti kontra l-Litwanja u l-Olanda:

Gowlkipers
Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol – Moldova), Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), James Sissons (Melita FC).

Difensuri
Zach Muscat (Sanliurfaspor – Turkija), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana FC), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk FC), James Lee Carragher (Wigan Athletic FC – Ingilterra), Kurt Shaw* (Hibernians FC), Enrico Pepe (Gżira United FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Gabriel Mentz* (Gżira United FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), Myles Beerman (Sliema Wanderers FC).

Midfielders                                                                    

Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – Polonka), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC), Jake Azzopardi (Valletta FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC – Franza), Jake Grech (Floriana FC), Steven Pisani (Sliema Wanderers FC).

Attakkanti                        
Joseph E. Mbong (Ħamrun Spartans FC), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Jodi Jones (Notts County FC – Ingilterra), Paul Mbong (Birkirkara FC), Basil Tenywa Tuma (Reading FC – Ingilterra), Kyrian Nwoko (Sliema Wanderers FC), Keyon Ewurum (Valletta FC).