Raymond C. Xerri, l-uniku gradwat f’dottorat fid-Dijaspora Maltija u Għawdxija u espert f’dan is-suġġett, minn Għawdex, ġie elett b’vot unanimu bħala l-President li jmisstal-E.T.T.W. (2025-2029) mill-Assemblea Ġenerali tal-organizzazzjonijiet u individwi-esperti fid-Dijaspori minn madwar l-Ewropa kollha.
Elett għat-tieni darba wara snin nieqes mix-xena, Dr Xerri serva fl-istess kariga bejn l-2016 u l-2019 fejn wettaq ħafna xogħol siewi f’dan il-qasam, għamel isem għalih u għal Malta u dan wara snin jifforma parti mill-E.T.T.W. jirrappreżenta lill-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta fejn okkupa l-kariga ta’ wieħed minn ħames viċi-presidenti tal-E.T.T.W. bejn l-2012 u 2016.
L-Ewropej madwar id-Dinja, (Europeans Throughout TheWorld) hija federazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persuni esperti Ewropej fid-Dijaspori mill-pajjiżi differenti fl-Ewropa. E.T.T.W. huwa leħen għal 60 miljun ċittadin Ewropew li jgħixu f’pajjiż li mhux tagħhom u 17-il miljun oħra jgħixu f’wieħed jew iżjed mis-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.
Apparti dawn, hemm 480 miljun persuna ta’ dixxendenza Ewropea li llum tgħix f’171 pajjiż u territorju madwar id-dinja u huma wkoll parti importanti fit-tfassil tal-politika u l-azzjonijiet tal-E.T.T.W.
//= $special ?>