Internazzjonali

Metsola ttenni s-sejħa għal waqfien mill-ġlied f’Gaza

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola appellat biex tingħata aktar għajnuna umanitarja f’Gaza, li jkun hemm waqfien mill-ġlied, u li jinħelsu l-ostaġġi.

“The situation in Gaza is catastrophic. We have children, women and men dying every day. And we, as the number one contributor of humanitarian aid, should be asking where is that aid going, and how is it going to get to the people who need it the most,” said President Metsola

Akkumpanjata mill-mexxejja tal-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Ewropew, il-President Metsola mexxiet delegazzjoni tal-istituzzjoni Ewropea f’Copenhagen, qabel il-bidu tal-Presidenza Daniża li tibda fl-1 ta’ Lulju. Metsola qalet li l-Presidenza tad-Danimarka tasal fi żmien kritiku għall-Unjoni Ewropea.

F’konferenza tal-aħbarijiet hi tkellmet dwar ir-reviżjoni tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael, u qalet li l-Parlament Ewropew dejjem ikkundanna u dejjem se jikkundanna l-qtil ta’ nies innoċenti.

“We have never shied away from asking the questions. We will not shy away. And when we see that human lives, innocent human lives, civilians are being indiscriminately bombed, we will be the first ones to speak and the first ones to condemn,” underlined Metsola.

Il-Prim Ministru Daniża qablet mal-President Metsola li l-għajnuna trid tidħol immedjatament f’Gaza, u li huwa meħtieġ li jkun hemm waqfien mill-ġlied biex dan jiġi żgurat. Hija żiedet li l-ostaġġi kollha għandhom jinħelsu.