L-Awstraljan Nick Kyrgios qal li se jkun qed jitlef il-finali tal-Grand Slam ta’ Wimbledon wara li sofra injury oħra. Kyrgios li tilef il-finali ta’ Wimbledon fl-2022 kontra Novak Djokovic, ftit li xejn kien involut fl-azzjoni fl-aħħar sentejn minħabba problemi bil-polz, fejn kellu saħansitra jopera ruħu.
Fl-Open ta’ Miami, f’Marzu, it-tennist ta’ 30 sena rebaħ l-ewwel logħba tas-singles tiegħu sa mill-2022 iżda iktar tard kellu jitlef ir-Rolan Garros ta’ Franza b’injury fl-irkoppa, fejn kien skedat li jilgħab fid-double tal-irġiel.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali Kyrgios stqarr li mhux se jkun qed jipparteċipa fil-istaġun tal-ħaxix ta’ din is-sena. Filwaqt li qal li jinsab ferm diżappuntant, hu qal li diġà beda jaħdem għar-ritorn tiegħu. Wimbledon se jkun qed jibda fit-30 ta’ Ġunju.
Intant mit-tennis tan-nisa, Aryna Sabalenka se tkun qed taffaċċja liċ-champion renjanti Iga Swiatek fis-semifinali tal-Open ta’ Franza, f’semifinali bejn żewġ sfidanti għar-rebħ ta’ dan it-titlu.
Sabalenka għelbet liċ-Ċiniża Zheng Qinwen 7-6 (7-3) 6-3 fil-Phillippe Cahtrier Court matul il-jum tat-Tlieta. Il-Pollakka, Swiatek, għelbet lil Elina Svitolina 6-1, 7-5. Sabalenka ħadet post Swiatek bħala n-numru wieħed tad-dinja f’Ottubru li għadda.
Iż-żewġ tennisti ltaqgħu kontra xulxin 12-il darba bi Swiatek tirbaħ 8 konfronti u b’Sabalnka tirbaħ 4. Minkejja dan, l-aħħar darba li dawn it-tnejn affaċċjaw lil xulxin kien ftit iktar minn 3 snin ilu fis-semifinal tal-Open tal-Istati Uniti.
//= $special ?>