Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Ix-xjenza qatt ma tieqaf, dejjem tibqa’ tavvanza” – Chris Barbara

Fi PROFILI tal-lejla fuq Net TV se nkunu qed niltaqgħu ma’ Chris Barbara. Il-profil huwa familjari ma’ bosta u mhux l-ewwel darba li smajna pariri tiegħu dwar is-saħħa fuq ir-radju u anki t-televiżjoni.

Fi PROFILI t-tabib Chris Barbara se jkun qed jaqsam l-esperjenzi sbieħ fl-oqsma li jagħmel parti, l-istudju mediku, il-viroloġija u l-ħidma li kienet issir fil-perjodu tal-imxija tal-Covid-19.

Kien hemm side effects b’rabta mal-vaċċin, però l-vaċċin salva ħafna nies.

Il-ġrajjiet u l-episodji li sawru lil Dr. Chris Barbara se jkunu qed jispikkaw mhux ftit, bil-karattru tal-profil se jkun qed jagħti siegħa wirja tiegħu nnifsu.

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.