Lokali

Richard Muscat jippreżenta l-ktieb tiegħu lil Bernard Grech

Matul il-jum tat-Tlieta, l-Eks Deputat Nazzjonalista Richard Muscat ippreżenta l-ktieb il-ġdid tiegħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech – ktieb intitolat ‘Kartolini Minn Ħajti’.

Richard Muscat hu simbolu tal-libertà tal-espressjoni u l-ġlieda għad-demokrazija, u dan l-element ġie espress b’mod qawwi anke f’dan il-ktieb.

Muscat kien simbolu tal-libertà tal-midja fis-snin tmenin… meta kulma kien jeżisti kien ix-Xandir taħt kontroll tal-Partit Laburista. U minħabba dan il-fatt, Richard Muscat ma setax ixandar Malta.

B’hekk Eddie Fenech Adami kien tah l-inkarigu sabiex imur Sqallija u jxandar il-fatti minn hemm. B’Muscat regolarment kien iwassal l-aħħar żviluppi politiċi matul is-snin 80, kif ukoll ixandar il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista – f’perijodu li fih il-PN kellu biss gazzetti.

Richard Muscat spiċċa eżiljat fis-Sqallija bejn l-1981 u l-1987, hekk kif hu kien ixandar il-messaġġi tiegħu permezz tal-istazzjon Studiorama f’Ragusa.

Imbagħad, meta kien ġie lura Malta, hu għamel ukoll 6 snin iservi bħala Membru Parlamentari.

Waqt il-preżentazzjoni tal-ktieb, Bernard Grech irringrazzjah għax-xogħol kollu li għamel kemm għal partit, kif ukoll għal pajjiżna, filwaqt li Richard Muscat irringrazzja lill-Kap tal-PN tax-xogħol li qiegħed ikompli jagħmel il-partit favur id-demokrazija.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo