Matul ix-xahar ta’ Ġunju, l-Arċidjoċesi ta’ Malta se jiċċelebra quddies f’diversi parroċċi u li wkoll ikunu mxandra mill-Knisja f’Malta, fosthom quddiesa fil-Bażilika Minuri ta’ Santa Marija fil-Mosta, li matulha żewġ sorijiet mill-Kenja se jagħmlu l-professjoni perpetwa mas-sorijiet Franġiskani Qalb ta’ Ġesù.divrsi
L-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti fil-Parroċċa ta’ San Franġisk ta’ Assisi fil-Qawra, fil-5pm.
L-għada l-Ħadd 8 ta’ Ġunju fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità tal-Għid il-Ħamsin u jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti mill-parroċċi tal-Belt, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fil-5:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha żewġ sorijiet mill-Kenja jagħmlu l-professjoni perpetwa mas-sorijiet Franġiskani Qalb ta’ Ġesù, fil-Bażilika Minuri ta’ Santa Marija fil-Mosta.
Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju fis-6pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann u wara jmexxi purċissjoni bl-Ewkaristija mill-Konkatidral sal-Bażilika Minuri tal-Portu Salvu fil-Belt Valletta, mal-Konfraternitajiet tas-Santissimu Sagrament, li qed jiċċelebraw l-450 sena mit-twaqqif tagħhom.
Is-Sibt 21 ta’ Ġunju fid-9:30am l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Ġublew ta’ dawk li huma involuti fl-organizzazzjoni tal-festi esterni, fil-Konkatridal ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Wara, fuq iz-zuntier tal-Konkatidral, ibierek qanpiena ġdida li se titqiegħed fil-kampnar tal-Konkatidral.
Il-Ħadd 22 ta’ Ġunju fid-9:30am l-Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes tal-Mulej u jiċċelebra l-Ġublew tal-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi fil-Katridal ta’ San Pawl fl-Imdina. Wara ssir purċissjoni bl-Ewkaristija fit-toroq tal-Imdina bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet jagħmlu l-professjoni perpetwa tagħhom.
F’lejlet l-Imnarja, festa wkoll ta’ San Pietru u San Pawl, is-Sibt 28 ta’ Ġunju fis-7pm, l-Arċisqof imexxi traslazzjoni tar-relikwa lejlet is-Solennità tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl mill-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat għall-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Wara jmexxi l-Ewwel Għasar.
Il-Ħadd 29 ta’ Ġunju fid-9:30am, festa pubblika, l-Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis-Solennità tal-Martirju
ta’ San Pietru u San Pawl fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.