11-il raġel u mara li huma “homeless”, inkluż żewġ Maltin u ieħor ta’ dixxendenza Maltija, inżammu arrestati wara li tressqu quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech akkużati li dejqu n-nies billi joqogħdu jittalbu l-flus u li qegħdin jgħixu ħajja ta’ vagabundaġġ. Huma kollha wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjubin kontrihom.
Nathan Micallef ta’ 26 sena u Ramona Vassallo ġew akkużati li wettqu dawn ir-reati fil-Ħamrun. Micallef wara li l-Qorti staqsietu għaliex qed jgħix din il-ħajja, qal li pprova jfittex xogħol imma ma sabx. Int tinsab fl-aħjar ta’ ħajtek u moħħok hemm,” qallu l-Maġistrat.
Sadanittant Vassallo fl-awla qabdet tgħajjat u dehret eċċitata u qalet lill-membri tal-midja ” qed iressquni għax jien “homeless”. F’ħin minnhom hija bdiet ukoll issabbat fl-awla. Il-Qorti ordnat lill-imputata toħroġ barra mill-awla, sakemm tikkalma, imma għal ħafna ħin instemgħet tgħajjat fil-kurituri tal-Qorti.
Hareġ ukoll li hija marbuta ħafna mal-kelb tagħha u l-Qorti għamlet rakkomandazzjoni lid-Direttur tal-Ħabs biex jara jistax jagħti permess lill-akkużata biex iżżomm il-kelb magħha. Sadaniitant, l-akkużati l-oħra, li tressqu qabel huma tliet Somali, Sudaniż, wieħed mill-Gambja, Libjan, Taljan, Russu u ieħor minn Niġerja.
L-Ispettur Gabria Gatt qalet lill-Qorti li dawn ikunu l-Marsa u fl-inħawi tal-Park and Ride fejn f’din l-istess lokalità hemm problema kbira ta’ persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Hija qalet li jkun hemm nies reqdin fuq saqqijiet, taħt ponitijiet u f’inħawi oħra u minħabba f’hekk irċevew ħafna ilmenti bil-pulizija tal-kommunità u dawn marru fl-inħawi jagħmlu għadd ta’ spezzjonijiet.
L-arrest ġie kkontestat bl-Avukat tal-Għajnuna Legali Martin Fenech jgħid li jista’ jkun li mhux l-akkużati kienu qed jittalbu l-flus u li qed jgħixu ħajja ta’ vagabundaġġ. Tenna li għax m’għandhomx fejn jgħixu ma jfissirx li huma kienu qed jittalbu.
L-Ispettur qalet minn naħa tagħha li għandha ħafna xhieda li se jippruvaw l-akkużi kontra l-akkużati. Il-Qorti hawn ikkonvalidat l-arrest. Sadanittant, peress li qabel ma bdiet il-kawża l-imputati bdew jagħmlu l-istorbju fl-awla, ġew ordnati li joħorġu ‘l barra u s-seduta ssir waħda waħda sabiex isir kollox bl-ordni.
Huma ġew akkużati wkoll li ma ppruvawx ifittxu għax-xogħol, immolestaw in-nies biex jitolbu għall-karita, u fuq tlajjar L-ewwel wieħed li tressaq kien Ivan Pavlovic ta’ 32 sena li huwa Russu, iżda jitkellem tajjeb bil-Malti, wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontrih inkluż li kien idejjaq in-nies meta kien imur jitlobhom il-flus.
Wara tressqu Mohammed Ahmed ta’ 27 sena, Mohammed Muhidin ta’ 39 sena u Mohammed Bashir ta’ 41 sena, ilkoll mis-Somalja; Abdul Salam Sudaniż ta, 26 sena, Amadou Barry ta’ 26 sena mill-Gambja; Mario Compolo ta’ 51 sena li huwa Taljan li jitkellem sew bil-Malti; Anwar Elnily 24 sena ta’ dixxendenza Maltija; Emeka Ike Niġerjan ta’ 27 sena u Faraj El Ragig ta’ 38 sena u li huwa Libjan.
Il-Qorti bħal fil-każ tal-Maltin, qalet li stante li l-imputati m’għandhomx indirizz fiss u li mill-atteaġġjament tagħhom mhux persuni affidabbli, kif ukoll li jekk jingħataw il-ħelsien mill-arrest dawn se jerġgħu jmorru minn fejn inġabru bir-riskju għal dawk ta’ madwar,
//= $special ?>