L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet 6,772 permess warat deċiżjonijiet ta’ applikazzjonijiet għall-Ippjanar (PAs) li ttieħdu matul is-sena 2024.
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal-binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
Dwar in-numru ta’ permessi li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar matul is-sena 2024 irrefera fil-Parlament il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
Jirriżulta wkoll minn mistoqsija parlamentari oħra tad-Deputat Nazzjonalista li b’rabta ma’ Dwelling Permits inħarġu s-sena li għaddiet 1,494 f’Increase in Dwelling Units; 138 f’Decrease in Dwelling Units; u 117 f’Number of Units Unchanged għal total ta’ 1,749 permess.
//= $special ?>